
Heritage Malta
846 subscribers
About Heritage Malta
The National Agency for Malta's Cultural Heritage - Part of Us
Similar Channels
Swipe to see more
Posts

🇬🇧 Noel Zammit, Heritage Malta’s Chief Executive Officer, delivers a speech at a conference discussing challenges and opportunities for small and independent museums in Malta. The conference, organized by ICOM Malta and Heritage Malta and held at the Malta Maritime Museum, is one of the local events celebrating International Museum Day 2025. 🇲🇹Noel Zammit, il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, jindirizza konferenza li qed tiddiskuti l-isfidi u l-opportunitajiet għal mużewijiet żgħar u indipendenti f’Malta. Il-konferenza, organizzata minn ICOM Malta u Heritage Malta, qed issir fil-Mużew Marittimu ta’ Malta bħala waħda mill-attivitajiet lokali li jiċċelebraw il-Jum Internazzjonali tal-Mużew 2025.


📢 Ninsabu fil- Public Service EXPO Village 25! 🎟 Id-dħul huwa b’xejn! 👉 Irreġistra minn hawn: expovillage25.gov.mt/mlt/registrazzjoni/ Narawk hemm! 📢 We’re at the Public Service EXPO Village 25! 🎟 Entry is FREE! 👉 Register now: expovillage25.gov.mt/registration/ See you there!

🇲🇹 Il-Prim Ministru Robert Abela nieda t-tieni wirja ta’ MUŻA fis-sensiela ‘MUŻA Ħdejk’, li titfa’ lenti fuq il-ġenju artistiku lokali Giuseppe Calì. Il-wirja, li bdiet fil-Bażilika tal-Madonna ta' Porto Salvo u San Duminku fil-Belt Valletta, se tkompli għaddejja sal-4 ta' Ġunju 2025. Wara dan, se tittella’ fil-Bażilika tas-Santwarju ta’ Marija Assunta fil-Mosta mit-12 sal-25 ta' Ġunju, u żżur Ħal Lija u Tas-Sliema aktar tard matul is-sena. 🔗 Aqra iktar hawn 👉 heritagemalta.mt/news/a-new-art-exhibition-spotlighting-giuseppe-cali-under-your-muza-concept/ 🇬🇧 Prime Minister Dr Robert Abela has launched MUŻA’s second exhibition by MUŻA in the series ‘Your MUŻA’, this time spotlighting local artistic genius Giuseppe Calì. The exhibition, which starts at the Basilica of Our Lady of Porto Salvo and St Dominic in Valletta, runs until the 4th of June 2025. It will then be set up at the Sanctuary Basilica of the Assumption of Our Lady in Mosta from the 12th till the 25th of June, and will visit Lija and Sliema later in the year. 🔗 Read more here 👉 heritagemalta.mt/news/a-new-art-exhibition-spotlighting-giuseppe-cali-under-your-muza-concept/


🇬🇧Caring in action! Members of Heritage Malta’s Activities Committee helped brighten the day for the brave young patients at Mater Dei Hospital’s Fairyland, Wonderland, and Disneyland wards, who were gifted with various items from the agency’s merchandise. Free gifts were also left at Sir Anthony Mamo Oncology Centre for patients receiving treatment there. This is part of our commitment to social wellbeing, rewarded with the patients’ big smiles. 🇲🇹Nagħtu kas bil-fatti! Membri tal-Kumitat tal-Attivitajiet fi ħdan Heritage Malta sebbħu l-ġurnata tal-pazjenti ċkejknin u qalbiena fis-swali Fairyland, Wonderland, u Disneyland tal-Isptar Mater Dei, billi qassmulhom rigali minn fost l-oġġetti li l-aġenzija għandha għall-bejgħ. Tħallew ukoll rigali għall-pazjenti li qegħdin jirċievu l-kura fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo. Dan hu parti mill-impenn tagħna lejn il-benesseri tas-soċjetà, u l-ikbar rigal għalina kien it-tbissim tal-pazjenti.


🚨 Only 1 month to go! Tickets now available for Museums by Candlelight in Valletta! 🕯️ Mark your calendars for Saturday 21st June and experience the magic of Museums by Candlelight in the capital city of Valletta! Explore five iconic sites - the National Museum of Archaeology, the Grand Master’s Palace, MUŻA, St John’s Co-Cathedral, and the Church of St Catherine of Italy - all glowing in candlelight, brought to life with musical performances, art, and immersive exhibitions. 🎫 All this for just €5! 🔗 Book now via heritagemalta.mt/store/c448/ to avoid queueing on the day! ℹ️ Click here for more information: heritagemalta.mt/whats-on/museums-by-candlelight-valletta/

👉A conference at the Malta Maritime Museum, organized by ICOM Malta and Heritage Malta, explores the challenges and opportunities for small and independent museums as part of International Museum Day 2025 celebrations.

🇲🇹 Ma fadalx biljetti għall-kunċert tal-lejla! 😮 Grazzi talli b’ħeġġa kbira ħtaftu l-biljetti kollha għall-Kunċert għall-Paċi li se jsir illum fil-Forti Sant’Iermu. Ħerqanin biex ingawduh magħkom, u biex nerġgħu nilqgħukom fil-Forti nhar il-Ħadd li ġej għall-Open Day li tiċċelebra l-50 anniversarju mit-twaqqif tal-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra. 🎉 🇬🇧 Our Concert for Peace is a sell-out! 😮 Thank you for grabbing all available tickets for tonight’s concert at Fort St Elmo. We look forward to enjoying it with you and to welcoming you at the Fort again on Sunday 1st June, during our Open Day celebrating the 50th anniversary of the National War Museum. 🎉


🎉 50 sena tal-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra! 🏛️ Dak li llum hu wieħed mill-aktar mużewijiet popolari f'Malta beda bħala wirja umli fin-naħa t’isfel tal-Forti Sant'Iermu, imtellgħa minn grupp ta' voluntiera dedikati fl-1975, b’attrazzjonijiet uniċi fosthom l-ajruplan leġġendarju Gladiator 'Faith', li maż-żmien iffurmaw is-sinsla tal-mużew li nafu llum. ⚔️ Il-mużew ikopri 7,000 sena ta' storja militari Maltija – b’enfasi fuq it-Tieni Gwerra Dinjija – u jinkludi wkoll Memorjal tal-Gwerra b’kollezzjoni mdaqqsa ta' medalji tal-unur mogħtija matul il-gwerra. Permezz tal-esperjenza li l-mużew joffri lill-viżitatur, Heritage Malta tiżgura li l-legat ta' Malta fi żmien il-gwerra ma jintesiex, sabiex ġenerazzjonijiet ġodda jkunu jistgħu jitgħallmu minnu. 🏅


🇲🇹 Kun inkwiżittiv fuq l-Inkwiżizzjoni! 🔍 Jekk inti kurjuż/a dwar din l-istituzzjoni li messet kważi kull aspett tal-ħajja Maltija mis-seklu sittax sas-seklu tmintax, nistednuk tingħaqad magħna f'taħdita pubblika interessanti minn Mario Gauci, il-Ħamis 19 ta' Ġunju fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu. ℹ️ 🔗👉 heritagemalta.mt/whats-on/l-arkivju-tal-inkwizizzjoni-ta-malta-fis-nisga-storika-tal-mediterran-1561-1798-tahdita-pubblika-minn-mario-gauci/ 🇬🇧 Get inquisitive about the Inquisition! 🔍 If you’re curious about this dominant institution which touched almost every aspect of Maltese life between the 16th and the 18th century, we invite you to join us in an interesting public lecture by Mario Gauci, on Thursday 19th June at the Inquisitor’s Palace in Birgu.


MUŻA nieda t-tieni wirja fis-sensiela ‘MUŻA Ħdejk’, li titfa’ lenti fuq il-ġenju artistiku lokali Giuseppe Calì. Il-wirja tibda fil-Bażilika tal-Madonna ta' Porto Salvo u San Duminku fil-Belt Valletta fejn tkompli għaddejja sal-4 ta' Ġunju 2025. 📎heritagemalta.mt/whats-on/muza-hdejk-giuseppe-cali/