
Heritage Malta
May 30, 2025 at 09:09 AM
🎉 50 sena tal-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra! 🏛️
Dak li llum hu wieħed mill-aktar mużewijiet popolari f'Malta beda bħala wirja umli fin-naħa t’isfel tal-Forti Sant'Iermu, imtellgħa minn grupp ta' voluntiera dedikati fl-1975, b’attrazzjonijiet uniċi fosthom l-ajruplan leġġendarju Gladiator 'Faith', li maż-żmien iffurmaw is-sinsla tal-mużew li nafu llum. ⚔️
Il-mużew ikopri 7,000 sena ta' storja militari Maltija – b’enfasi fuq it-Tieni Gwerra Dinjija – u jinkludi wkoll Memorjal tal-Gwerra b’kollezzjoni mdaqqsa ta' medalji tal-unur mogħtija matul il-gwerra. Permezz tal-esperjenza li l-mużew joffri lill-viżitatur, Heritage Malta tiżgura li l-legat ta' Malta fi żmien il-gwerra ma jintesiex, sabiex ġenerazzjonijiet ġodda jkunu jistgħu jitgħallmu minnu. 🏅

❤️
4