
Heritage Malta
February 21, 2025 at 06:13 AM
🇲🇹🧐 Tgħid min hi din il-figura enigmatika?
🪑 Għal sekli sħaħ, din it-tpinġija – magħrufa bħala ‘Il-Figura Bilqiegħda’ u misjuba fil-kumpless ewlieni ta’ oqbra fil-Katakombi ta’ San Pawl – qanqlet kurżità u dibattitu. Fis-seklu 19, Gatt Said kien ħareġ bit-teorija li t-tpinġija turi lil Eutichia, martri li mietet maħruqa, marbuta ma’ ċippus fil-banju tagħha stess.
🖌️ Dan l-aħħar it-tpinġija nkixfet mill-ġdid, grazzi għal trattament ta’ konservazzjoni fejn tneħħiet minn fuqha kisja msejħa ‘biofilm’.
‘Biofilm’ hija kisja ħadranija ta’ pjanti mikroskopiċi li jikbru fl-ambjent fejn tinsab it-tpinġija.
