
Aphroconfuso
February 23, 2025 at 09:10 AM
“Il-kaos u l-kontroll”, il-ħames kapitlu ta’ Nifs: Kaos u Poeżija ta’ Franco “Bifo” Berardi (tr Karl Baldacchino)
« Aħna mdorrijin nemmnu li l-magni jiġu mibnija, filwaqt li l-bnedmin jikbru, li l-magni jiffunzjonaw biss skont kif ordnati, filwaqt li l-bnedmin jiffunzjonaw b’mod awtonomu. Dawn is-suppożizzjonijiet m’għadhomx jikkorrispondu għar-realtà. Il-bnedmin qed jiffunzjonaw dejjem inqas b’mod awtonomu, u qed jiddependu dejjem iktar fuq prosteżijiet tekniċi, filwaqt li l-magni qed jitgħallmu kif jitgħallmu u qed isiru mogħnija b’setgħat ta’ awtoreplikazzjoni... X’jiġri meta l-magni jiżviluppaw il-kapaċità li jidderieġu lilhom infushom, biex isewwu lilhom infushom, biex jgħallmu lilhom infushom? X’jiġri meta l-magni jimponu l-ordni tagħhom fuq il-kaos tal-moħħ? »
https://aphroconfuso.mt/franco-bifo-berardi-karl-baldacchino-nifs-kaos-u-poeżija-5-il-kaos-u-l-kontroll/