
Aphroconfuso
February 26, 2025 at 10:36 PM
« Bejn l-2021 u l-2023, barra l-kitba li għamilt fit-traduzzjoni tal-poeżija ta’ Saffo u l-esejs u l-kummentarju dwarhom, kien hemm id-djarju nnifsu. Kont inżommu b’mod sporadiku. Daqqa ktibtu fuq karti individwali, daqqa bgħattu lili nnifsi bħala messaġġ. Daqqa ttajpjajtu fuq l-app tan-noti fuq il-mobile, u daqqa ħażżiżtu fuq l-istess karti li fuqhom kont qed nittraduċi l-kliem fil-frammenti ta’ Saffo. Illum għall-ewwel darba, erġajt ftaħt il-folder roża li fih akkumulajt ix-xogħol kollu li għamilt għall-ktieb u rġajt ħarist lejn dawn id-destinazzjonijiet li d-djarju kien sab postu fihom. Ippruvajt niġbor xi entrati li jirriflettu kif kont inżomm id-djarju f’dak iż-żmien. Ftit minnhom jieħdu forma ta’ noti dwar il-lingwistika ta’ Saffo, oħrajn forsi jagħtu idea tal-istat ta’ ħsibijieti, waqt li hemm dawk li jħarsu lejn memorji tal-Ġreċja u Berlin, fejn qattajt ftit jiem waqt li kont qed naħdem fuq Saffo. »
https://aphroconfuso.mt/warren-bartolo-djarju-2025-01-30-ikteb-fil-borra-bsubgħak/