Heritage Malta
Heritage Malta
June 11, 2025 at 03:59 PM
🇲🇹 Il-viżitaturi fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta issa għandhom aċċess għal disa’ swali ġodda li qatt qabel ma kienu miftuħin għall-pubbliku. Bl-inawgurazzjoni ta’ dawn is-swali, ser tkompli tissaħħaħ l-esperjenza tal-pubbliku f’dan l-aktar sit popolari ta’ Heritage Malta. Ċerimonja li saret fil-Piano Nobile tal-Palazz fetħet uffiċjalment dawn l-ispazji ġodda, fejn sar restawr estensiv tas-soqfa tal-injam iddekorat, affreski u pitturi, damask u pittura fuq il-ħitan, kif ukoll l-art magħmula kemm mill-irħam kif ukoll miċ-ċangatura. 🔗heritagemalta.mt/news/nine-new-halls-open-at-the-grand-masters-palace/
Image from Heritage Malta: 🇲🇹 Il-viżitaturi fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta issa g...
❤️ 1

Comments