
Heritage Malta
June 16, 2025 at 12:04 PM
🇲🇹 Wirja ġdida ta' Heritage Malta fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali fl-Imdina tesplora l-użu tal-aġġettiv Latin 'melitensis', li jfisser 'minn Malta', fin-nomenklatura xjentifika. Il-wirja tiftaħ nhar is-Sibt 14 ta' Ġunju u tibqa' għaddejja sal-Ħadd 6 ta' Lulju 2025.
Il-viżitaturi se jiltaqgħu ma' firxa wiesgħa ta' eżemplari – minn batterji għal pjanti, invertebrati u vertebrati, kemm fossilizzati kif ukoll eżistenti, li jixhdu rabta ma’ Malta f’isimhom. Permezz ta' dawn l-esebiti, il-wirja tenfasizza l-bijodiversità għanja ta' Malta u t-tifsira tagħha fil-kuntest usa' tal-iskoperta u l-klassifikazzjoni xjentifika.
Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali huma mid-09:00 sal-17:00, mit-Tlieta sal-Ħadd (il-mużew ma jiftaħx it-Tnejn). Id-dħul għall-wirja huwa inkluż fil-biljett tal-mużew.
🔗heritagemalta.mt/news/melitensis-analysing-maltas-mark-on-lifes-catalogue/

❤️
1